Illum: L-attivitajiet esterni ta' diversi Kumitati din il-ġimgħa. Delegazzjonijiet tal-Kumitati għall-Kontroll tal-Baġit u għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jinsabu fi Spanja, filwaqt li Membri tal-Parlament Ewropew tas-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża jinsabu fil-Bożnija-Ħerzegovina.