Il-punti ewlenin: Membri tal-PE mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur qegħdin f’Washington DC biex isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-politiki diġitali u tal-konsumatur; delegazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji qiegħda Londra biex tiddiskuti s-servizzi finanzjarji, is-sanzjonijiet fuq ir-Russja, u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; Membri tal-PE mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin se jżuru l-Moldova biex jiddiskutu l-adeżjoni mal-UE u l-appoġġ finanzjarju.