Il-punti ewlenin: sessjoni plenarja ġdida fi Strażburgu. Għada, il-Membri tal-PE se jiddiskutu s-sigurtà u d-difiża tal-UE wara l-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew; il-Parlament se jiddiskuti l-kriżi umanitarja li sejra għall-agħar f’Gaża; il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta qafas legali ġdid dwar ir-ritorn ta’ persuni li m’għandhom l-ebda dritt legali li jibqgħu fl-UE.