Il-punti ewlenin: Il-Prim Ministru Pollakk Donald Tusk jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE, filwaqt li jiffoka fuq l-unità u s-sigurtà; Il-Parlament jikkundanna d-diżinformazzjoni min-naħa tar-Russja u jappella għal sanzjonijiet aktar ħorox fuq il-mezzi ta’ propaganda; u l-Membri tal-PE jiddenunzjaw l-elezzjoni presidenzjali tal-Belarussja bħala waħda falza u jappellaw għal sanzjonijiet aktar b’saħħithom.