Il-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja għalqet ilbieraħ. Fi Strażburgu, il-Parlament tenna li l-UE jeħtiġilha tikkontribwixxi għall-garanziji tas-sigurtà għall-Ukrajna; il-Membri tal-PE enfasizzaw li l-UE jeħtiġilha tappoġġja t-tranżizzjoni politika tas-Sirja; u l-Parlament approva ftehim dwar it-trasferiment ta’ data dwar l-ismijiet tal-passiġġieri bl-ajru mill-UE għall-Kanada.