Il-punti ewlenin: il-gruppi politiċi tal-Parlament qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss; il-ġimgħa d-dieħla, il-Membri tal-PE se jiddiskutu l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna, il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 u l-konsegwenzi tal-irtirar tal-Istati Uniti mill-Ftehim ta’ Pariġi u mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.