Il-punti ewlenin: il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament fakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa billi appella għal rwol aktar b’saħħtu għan-nisa fil-konsolidazzjoni tal-paċi u fis-sigurtà; nhar it-Tnejn fi Strażburgu, il-Parlament mistenni jivvota dwar pjan ta’ appoġġ ta’ EUR 1.9 biljun għall-Moldova; il-Membri tal-PE se jiddiskutu wkoll il-kompetittività tal-UE u kif tista’ tingħalaq id-diskrepanza fil-ħiliet.