Illum: Id-delegazzjonijiet tal-kumitati qed iwettqu żjarat dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Il-Membri tal-Parlament Ewropew tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jinsabu fil-Lapponja, fil-Finlandja, delegazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp qiegħda tikkonkludi ż-żjara tagħha f'Washington DC filwaqt li delegazzjoni tal-Kumitat Speċjali dwar il-Pandemija tal-COVID-19 tinsab fl-Etijopja.