Il-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jivvota dwar il-politiki ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE, u jiffoka fuq ir-relazzjonijiet mal-Ukrajna, mar-Russja u maċ-Ċina u fuq it-tkabbir; il-Kumitati għall-Affarijiet Barranin u għall-Baġits huma mistennija jivvutaw dwar Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir ta’ madwar EUR 1.8 biljun biex jappoġġjaw ir-riformi tal-Moldova sabiex tissieħeb fl-UE; kumitat parlamentari ġdid dwar il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-UE se jkollu l-ewwel laqgħa tiegħu.