F’Mejju 2017, delegati Aboriġini u Torres Strait Islander, ingħaqdu flimkien fil-Konvenzjoni Kostituzzjonali Nazzjonali tal-Ewwel Nies Sovrana tal-Pajjiż, viċin Uluru u adottaw l-Istqarrija mill-Qalb ta’ Uluru. L-istqarrija tipprovdi triq għall-għarfien tal-Ewwel Nies Sovrana fl-Awstralja, fil-Kostituzzjoni, waqt li tipproponi riforma strutturali fuq tliet fronti; Vuċi, Trattat u Verità. Dan sar wara sentejn ta’ djalogu deliberat imfassal u mmexxi minn 13-il Djalogu Reġjonali tal-Ewwel Nies Sovrana tal-Pajjiz u kien adottat minn 250 delegati Aboriġini u Torres Strait Islander. Jitlob li tkun stabbilita relazzjoni bejn il-popli tal-Ewwel Nies Sovrana fl-Awstralja u n-nazzjon Awstraljan, ibbażata fuq il-verità, il-ġustizzja u d-determinazzjoni statali għal mixja ’l quddiem lejn rikonċiljazzjoni, mingħajr ma tkun ċeduta s-sovranità. Mużika minn Frank Yamma.