Il-punti ewlenin: Magnus Brunner, il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni u l-Migrazzjoni, jitkellem mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; l-Imħallef Tomoko Akane, il-President tal-QKI, tindirizza lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali; delegazzjoni mill-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tattendi d-69 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU fi New York dwar l-Istatus tan-Nisa.